Lara Michelle Camilleri
L-inġinier Skoċċiż li f’Londra kien ta l-ewwel dimostrazzjoni pubblika ta’ sistema televiżiva

Bħal-lum 133 sena ilu (fl-1888), twieled l-inġinier Skoċċiż John Logie Baird, li f’Londra kien ta l-ewwel dimostrazzjoni pubblika ta’ sistema televiżiva, liema sistema nediet rivoluzzjoni fid-dinja tal-komunikazzjoni u l-ispettaklu.
Minkejja li għadd ta’ inventuri għenu biex tiġi żviluppata s-sistema televiżiva, Baird kien l-ewwel persuna li minn dawl rifless irnexxielu joħloq stampa televiżiva griża li kienet tiċċaqlaq. Minn età żgħira, Baird kien beda juri sinjali ta’ ġenjalità u kreattività hekk kif kien ħoloq sistema telefonika li permezz tagħha nħolqot komunikazzjoni bejn daru u dar il-ġirien. L-ewwel interess fit-televixin kien fl-1903 wara li kien qara ktieb Ġermaniz fuq il-proprjetajiet fotoelettriċi tas-selenju.
Fl-1924, f’Hastings, Baird ittrażmetta l-immaġni tal-salib ta’ Malta minn distanza ta’ għaxar piedi.