top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

L-iskoperta tal-Alaska waqt spedizzjoni Russa



Bħal-lum 280 sena ilu (1741), l-esploratur Daniż Vitus Bering, li kien qed jaħdem fuq spedizzjoni Russa, lemaħ għall-ewwel darba l-art tal-Alaska.


Hekk kif l-Alaska ġiet skoperta, il-kaċċaturi Russi bdew jinvaduha tant li l-popolazzjoni nattiva tal-Alaska bdiet issofri ħafna wara li sfat esposta għal mard barrani. Fl-1744, l-Alaska kienet saret kolonja Russa iżda fl-1867, l-Istati Uniti kienu xtrawha għal $7,200,000. Iktar tard fl-1959, l-Alaska saret stat. L-Alaska hi magħrufa għas-salamun, orsijiet, baleni, bram, ċriev kbar, għasafar tal-baħar, glaċieri, muntanji, lagi, xmajjar, fjords u passaġġi tal-ilma.


Kulma tmur, il-popolazzjoni tal-Alaska qiegħda dejjem tonqos, fil-fatt, Anchorage, li hi l-ikbar belt fl-Alaska f’termini ta’ popolazzjoni, tilfet madwar 3,000 resident bejn Lulju tal-2019 u Lulju tal-2020.

bottom of page