Isma' Ftit
Lennon u l-bidu tal-Beatles fl-1957

Bħal-lum 81 sena ilu (fl-1940), twieled il-kantawtur John Winston Lennon waqt ħbit mill-ajru mill-Ġermanja waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.
Ta' 16-il sena, Lennon ġie ispirat mill-mużika ta' Elvis Presley biex joħloq grupp mużikali bl-isem ta' Quarry Men. Fis-6 ta' Lulju 1957, waqt attività tal-knisja, Lennon iltaqa' ma' Paul McCartney u f'qasir żmien stiednu biex jingħaqad mal-grupp. Is-sena ta' wara, McCartney introduċa lil George Harrison ma' Lennon, b'hekk permezz ta' Harrison u sieħbu Stuart Sutcliffe, mill-kulleġġ tal-arti, u iktar tard Pete Best fuq id-drums, il-membri tal-grupp ġew iffinalizzati. L-ewwel rekording li qatt għamel il-grupp kien tal-kanzunetta That'll Be the Day ta' Buddy Holly, fl-1958. Fil-fatt, kien il-grupp ta' Holly, Crickets, li ispira lil Quarry Men biex ibiddel ismu għal The Beatles. Fl-1969, Lennon telaq mill-grupp u, sena waħda, nieda l-ewwel album tiegħu John Lennon/Plastic Ono Band.
Fit-8 ta' Diċembru 1980, ftit ġimgħat wara t-tnedija tal-album Double Fantasy, Lennon tilef ħajtu hekk kif Mark David Chapman, fanatiku ta' The Beatles, sparalu ħames tiri quddiem l-appartament tiegħu fi New York.
Minn Benjamin Camilleri