ME
NU
  • Lara Michelle Camilleri

M’għandux ikun hemm mistħija f’meta nibku

Updated: Jun 11



Il-biki ma jdgħajfekx. Ma jagħmlekx inferjuri għal ħaddieħor. Mhuwiex tal-mistħija.

Il-biki huwa espressjoni fiżika ta’ sitwazzjoni emozzjonali li tkun qed ittaqqalna. Il-biki kapaċi jkun katartiku għax iserraħna mill-ansjetà u l-istress miġmugħa fina filwaqt li jimbuttana biex noħorġu l-aktar emozzjonijiet profondi u sinċiera.


Wara bikja twila, il-burdata tingħata spinta ‘l quddiem. Dan hekk kif inħossu li nkunu nistgħu nħabbtu wiċċna ma’ sitwazzjonijiet peżanti u li jġorru wġigħ emozzjonali kbir.


Jingħad li jekk kemm-il darba naqflu l-emozzjonijiet tagħna, dan jaf iwassal biex niġu affettwati fiżikament u psikoloġikament.


Il-biki jaf ikun ukoll sejħa għall-għajnuna u għodda biex jgħaqqadna flimkien. Meta nilmħu lil xi ħadd jibki, ħafna drabi nservu ta’ forċina għalih hekk kif ngħannquh jew intaptpu fuq l-ispalla bħala sinjal ta’ assigurazzjoni.


Għaldaqstant, minflok naħbu wiċċna meta nibku, il-biki għandu jkun mezz biex insibu serħan fis-sitwazzjoni li qanqlitilna dulur u insigurtà.

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021