ME
NU
  • Isma' Ftit

Mediċina ġdida b'xejn għall-persuni li jbagħtu mis-Cystic Fibrosis



Persuni li jbatu mis-Cystic Fibrosis se jkollom aċċess għal mediċina ġdida li ttaffi ftit mit-tbatija tagħhom.

Din il-mediċina ġdida se tkun qiegħda tgħin 14-il persuna li tbati mis-Cystic Fibrosis li tiswa' mal-€200,000 fis-sena għal kull pazjent – ammont li jixhed id-diffikultà li l-pazjent jixtriha.

Minħabba din il-kundizzjoni ħafna tfal u żgħażagħ jqattgħu ħafna ħin l-isptar, iżda bil-mediċini ġodda li huma aċċessibli, se titwal il-life expectancy ta' dawn il-pazjenti, se titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom, u se jitnaqqas il-bżonn li dawn il-pażjenti jżuru l-isptar.

Il-mediċini varji li ġew introdotti japplikaw għall-kundizzjonijiet tas-Cystic Fibrosis differenti, u għalhekk se tkun qed tingħata kura individwali u speċifika lill-pazjenti preżenti.​

Sors: DOI

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021