Isma' Ftit
Meta l-Kżar Russu Pietru l-Kbir impona taxxa fuq id-daqna tal-irġiel

Bħal-lum 323 sena ilu (fl-1698), il-Kżar Russu Pietru l-Kbir impona taxxa fuq id-daqna tal-irġiel.
Il-Kżar kien qatta’ żmien jivvjaġġa madwar l-Ewropa u impressjona ruħu ħafna bl-avvanzi fil-pajjiżi tal-Punent. Huwa għamilha l-missjoni tiegħu li, meta jmur lura f’pajjiżu, jara kif jagħmel biex “jewropizzah”. Fost miżuri ekonomiċi, kulturali u oħrajn, huwa daħħalha f’moħħu li d-daqna ma tixraqx lil ċittadini ta’ pajjiż modern – u allura kellha tiġi eliminata. Il-ħsieb tal-Kżar ma kien popolari xejn hekk kif kienet tradizzjoni qawwija fir-Russja li l-irġiel ikollhom daqna.
Meta fehem li ma setax iġiegħel lil kulħadd iqaxxar ta’ bilfors, għażel li jippermetti d-daqna – sakemm sidha jaċċetta li jħallas it-taxxa fuqha.
minn Benjamin Camilleri