top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Meta l-Vulkan Vessuvju fl-Italja qered l-ibliet ta’ Pompej u Herculaneum



Bħal-lum 1,942 sena ilu (79 WK), żbroffa l-Vulkan Vessuvju fl-Italja u qered l-ibliet ta’ Pompej u Herculaneum hekk kif intradmu taħt il-lava u l-irmied tal-Vessuvju.


Il-Vessuvju qatel eluf ta’ residenti u qered bliet Rumani ħdejn fejn illum hemm Napli. Il-lava li ħarġet mill-Vessuvju laħqet il-veloċità ta’ 1.5 miljun tunnellata fis-sekonda, li fl-aħħar mill-aħħar irħiet enerġija termali 100,000 darba aktar minn dik tal-bombi atomiċi ta’ Hiroshima u Nagasaki. Skont xi studji, is-sħana tremenda mnissla mill-Vessuvju tant kienet qawwija li rnexxielha tittrasforma moħħ ta’ persuna fi ħġieġ permezz ta’ proċess imsejjaħ vitrifikazzjoni. Dak iż-żmien, il-popolazzjoni taż-żewġt ibliet kienet aktar minn 20,000 persuna.


Minn skavazzjonijiet li saru, sal-lum il-ġurnata, il-fdalijiet ta’ madwar 1,500 persuna nstabu f’Pompej u Herculaneum, minkejja li l-ammont totali ta’ mwiet baqa’ mhux magħruf.

bottom of page