top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Mil-lum tista’ ssarraf il-vawċers tal-Gvern.


Għal dawk li niżżlu l-vawċers b’mod diġitali, mil-lum, 7 ta’ Ġunju, jistgħu jibdew jissarrfu l-vawċers tal-mitt ewro fil-ħwienet, ristoranti u lukandi. Il-vawċers huma maqsuma b’dan il-mod:


  • 4 vawċers ta’ €10, total ta’ €40 li jistgħu jissarrfu fi ħwienet, inklużi wkoll dawk li joffru servizz;

  • 4 vawċers ta’ €15, total ta’ €60 li jistgħu jissarrfu f’ristoranti u lukandi.

  • Dawk li ma niżżlux il-vawċers online se jkunu qed jintbagħtulhom b’posta rreġistrata.

bottom of page