Isma' Ftit
Mistenni aġġornament tal-lista tal-ivvjaġġar fl-Ingilterra

Illum, il-gvern Ingliż mistenni jaġġorna l-lista tal-pajjiżi fejn in-nies tista' tivvjaġġa. Matt Hancock, is-Segretarju tas-Saħħa tal-Ingliterra, spjega kif il-gvern Ingliż se jiżvela l-lista tal-pajjiżi li se jiġu inklużi fil-lista l-ħadra u għalhekk ma jkunx hemm bżonn kwarantina, kif ukoll lista oħra fejn l-ivvjaġġar f'dawn il-pajjiżi se jibqa’ limitat. Fil-midja Ingliża ġie rrappurtat li Malta u l-Gżejjer Baleariċi jistgħu jiżdiedu mal-lista l-ħadra tar-Renju Unit bħala parti mit-traffiku li l-gvern ipprepara għall-ivvjaġġar barra l-pajjiż.