top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Mixja sal-quċċata tal-poter li kkonfermat lil Hitler bħala l-uniku mexxej (Führer) tal-Ġermanja



Bħal-lum 87 sena ilu (fl-1934), madwar 90% tal-votanti Ġermaniżi approvaw referendum li kkonferma lil Adolf Hitler mexxej u kanċillier (“Führer und Reichskanzler”).


Il-mixja sal-quċċata tal-poter kienet riżultat tal-impatt tad-Dipressjoni tal-Ġermanja wara t-telfa tal-Ewwel Gwerra Dinjija, id-dgħufija tad-demokrazija Weimar u s-saħħa tal-Partit Nażista. Wara t-telfa li ġarrbet il-Ġermanja, fl-1929, l-ekonomija kkollassat u l-votanti Ġermaniżi abbandunaw is-sapport tagħhom lill-partiti prinċipali u moderati, biex minflok għażlu li jagħtu l-vot tagħhom lill-gruppi radikali. Fl-1933, Hitler inħatar Kanċillier tal-Ġermanja mill-President tar-Repubblika ta’ Weimar Paul von Hindenburg. Minn hemmhekk, il-Partit Nażista beda jelimina kull oppożizzjoni politika u beda jsaħħaħ il-poter tiegħu. Mal-mewt ta’ Hindenburg fit 2 t’Awwissu 1934, Hitler sar dittatur tal-Ġermanja billi amalgama l-poteri u l-uffiċċji tal-Kanċellerija u l-Presidenza.


Referendum nazzjonali fid-19 t’Awwissu 1934 ikkonferma lil Hitler bħala l-uniku mexxej (Führer) tal-Ġermanja. Kull poter spiċċa ċentralizzat f’Hitler u l-kelma tiegħu kienet tisboq kull liġi eżistenti.

bottom of page