ME
NU
  • Lara Michelle Camilleri

Mnejn ġejja l-frażi “in God we trust” li saret il-motto nazzjonali tal-Istati Uniti?



Bħal-lum 65 sena ilu (fl-1956), il-frażi “in God we trust” saret legalment il-motto nazzjonali tal-Istati Uniti hekk kif il-President ta’ dak iż-żmien, Dwight D. Eisenhower, irratifika liġi li permezz tagħha dan seta’ jsir possibbli.


Din ir-reżoluzzjoni għaddiet unanimament u mingħajr dibattitu kemm mill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ukoll mis-Senat u ssostitwixxiet il-frażi “e pluribus unum” (“wieħed mill-ħafna”), liema frażi kienet il-motto uffiċjali de facto ta’ dak iż-żmien. Taħt din il-liġi, il-Kungress obbliga li l-frażi “in God we trust” tiġi pprintjata b’ittri kapitali fuq kull karta tad-dollaru Amerikan.


L-idea wara dil-frażi kienet li, permezz tagħha, l-Amerka terġa’ tafferma t-traxxendenza tal-fidi reliġjuża fil-wirt u l-kultura Amerikana u, b’mod kontinwu, jissaħħu l-armi spiritwali li, matul is-snin, se jibqgħu l-aktar riżorsi b’saħħithom tal-pajjiż f’mumenti ta’ paċi u gwerra.

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021