Maria Ellul
Neil Agius daqt jasal nofs triq
Updated: Jul 4, 2021

Hekk kif Neil Agius qabeż l-24 siegħa tiegħu fil-baħar, bit-tama li jikser rekord dinji, hu diġà għam aktar minn 56 kilometru u daqt jasal nofs triq.
Agius mistenni jasal Malta tard għada filgħaxija u wieħed jista’ jsegwi l-qadfa tiegħu hawn.
Intant, ilbieraħ, ftit mumenti qabel beda l-għawma, Lara Vella, it-tfajla ta’ Neil, li hija wkoll għawwiema, ipproponietlu u hu aċċetta. Bla dubju, dan il-proponiment ser iservi ta’ aktar motivazzjoni għall-għawma tiegħu!