top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

NOLI - Esibizzjoni ta' Woodcut Monoprints mtellgħa minn Anabel Cordina



Noli (bħall-isem tal-logħba) hija kollezzjoni ta' woodcut monoprints fejn l-artista tesplora l-Arti permezz ta' dan il-proċess. Dan iseħħ meta bħallikieku qiegħda tilgħab il-logħba; biċċa xogħol tgħaddi minn proċess ta' kxif ta' dak li hu moħbi u ssir tfittxija għal dak li mhux ovju. Noli hija metafora għal enerġija moħbija li tkun preżenti f'mumenti t'introspettiva f'solitudni, jinħolqu ħsus ġodda sabiex tfittex dak li hemm mistur.

Forom ġodda jfeġġu u b'logħob jitħaltu u jingħaqdu permezz ta' labirinti ta' velaturi u strati, sakemm dak li hemm moħbi taħt il-wiċċ iħeġġiġna biex insibu kenn, nitqabdu fina nfusna u nerġgħu nħeġġu dik il-kurżità ġewwinija u l-bżonn għat-tfittxija.



Anabel Cordina

Din il-logħba permezz tal-arti, tkompli bis-saħħa ta' kull individwu li qiegħed japprezza x-xogħlijiet. Kwalunkwe ħaġa li jiskopri u tifsiriet ġodda li joħloq isiru parti mill-biċċiet t'arti nfushom.



Din il-kollezzjoni ta' Anabel Cordina se tkun esebita kuljum sat-13 ta' Ġunju 2022, f' 'Il-Kamra ta' Fuq', 4, New Life Bar, Misraħ il-Knisja, l-Imqabba. www.artsweven.com


bottom of page