top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Papa għal 33 ġurnata biss. Qabel ma sar il-konklavi, kien esprima x-xewqa li ma jiġix elett


Bħal-lum 43 sena ilu (fl-1978), Albino Cardinal Luciano nħatar bħala l-Papa Ġwanni Pawlu I, iżda miet 33 ġurnata wara kawża ta’ attakk tal-qalb. Qabel ma sar il-konklavi, kien esprima x-xewqa li ma jiġix elett, tant li beda jgħid lill-persuni viċin tiegħu li kien se jirrifjuta milli jinħatar papa, madankollu, hekk kif il-kardinali ħatruh, ħass l-obbligu li jaċċetta.


Il-Papa Ġwanni Pawlu I kien l-ewwel pontifiku li nqeda minn żewġ ismijiet, ad unur il-predeċessuri immedjati tiegħu, Ġwanni XXII u Pawlu VI, li kienu għażluh biex ikun isqof u kardinal, rispettivament. Fid-29 ta’ Settembru, il-Papa Ġwanni Pawlu I instab mejjet fis-sodda bi ktieb f’idejh u bil-lampa ta’ ħdejn is-sodda mixgħula.

bottom of page