top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Persuni li jaslu mir-Renju Unit iridu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin



Malta se tkun fuq il-lista l-ħadra tal-ivvjaġġar tar-Renju Unit minn nhar l-Erbgħa l-ewwel ta’ Lulju. Turisti Brittaniċi li jiġu Malta ma jkollhomx bżonn jagħmlu perjodu ta’ kwarantina meta jmorru lura f’pajjiżhom.


Biex pajjiżna jħares is-saħħa tar-residenti Maltin, u ta’ kull min iżur pajjiżna, hemm bżonn li persuni li jtiru lejn Malta mir-Renju Unit mit-30 ta’ Ġunju 2021 jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin.

Dan ifisser li l-persuni li għandhom ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ikunu jistgħu jidħlu Malta mir-Renju Unit mingħajr ma jeħtieġu joqgħodu kwarantina.

Din id-deċiżjoni ttieħdet abbażi tal-istudju epidemoloġiku tas-sitwazzjoni tal-każijiet tal-varjanti rrappurtati fir-Renju Unit.

bottom of page