Maria Ellul
Pjan ta’ ftuħ mill-ġdid għall-industrija tal-kultura u d-divertiment

Mill-5 ta' Lulju, jekk is-sitwazzjoni tibqa' taħt kontroll kif ninsabu bħalissa, se jkunu jistgħu jibdew isiru l-attivitajiet kulturali u soċjali. Intant, l-attivitajiet ser ikunu qed isiru b'mod kontrollat b'udjenza wkoll ikkontrollata hekk kif jistgħu jattendu għal dawn l-attivitajiet dawk in-nies li jkunu niżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin.
L-attivitajiet ser jibdew b'100 persuna u dawn jiżdiedu b'50 persuna kull ħmistax sa mas-sitwazzjoni terġa tiġi diskussa fil-bidu t'Awwissu.
Fil-ġranet li ġejjin ser ikun qed jiġu varati wkoll diversi inizjattivi ta' support għall-organizatturi sabiex l-attivitajiet jibqgħu xorta sostenibbli.
Tfal li għandhom inqas minn ħames snin jistgħu jattendu għall-attività jekk il-ġenituri jkunu vaċċinati u filwaqt li tfal li għandhom bejn ħames snin u ħdax-il sena iridu jippreżentaw riżultat negattiv tas-swab test jekk jattendu għal dawn l-attivajiet. Fir-rigward ta' nisa li huma tqal, dawn iridu juru karta tat-tabib li tiċċertifika li huma tqal kif ukoll riżultat negattiv ta' swab.