Monique Sammut
Proġett li jindirizza l-inklużjoni Soċjali permezz tal-Arti fit-toroq tan-Norveġja
Updated: Jun 7, 2021
Proġett li jindirizza l-inklużjoni soċjali permezz tal-arti fit-toroq tan-Norveġja.
Dan il-proġett, mill-kumpanija Attende, iqajjem kuxjenza dwar gruppi li huma esklużi u diskriminati fis-soċjetà permezz ta’ tpinġija fotoreali fil-belt ta’ Stavanger fin-Norveġja.
Attende hija kumpanija għat-taħriġ tax-xogħol fejn tiffoka fit-tisħiħ tal-bniedem innifsu billi tippromwovi l-messaġġ li kulħadd għandu rwol importanti x’jaqdi fis-socjetà. Din l-organizzazzjoni tippermetti nies bi sfidi differenti jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol fuq l-istess livell ma’ ħaddieħor.

L-ewwel biċċa arti li ġiet magħżula biex tkun parti minn dan il-proġett kienet tal-artist Awstraljan Smug fejn l-artist iffokka fuq il-karattru ta’ Helge, raġel li l-artist sar jaf permezz taż-żjara tiegħu f’Attende. Helge ma jafx jaqra u b’hekk sabha diffiċli biex jiġi impjegat. Bis-saħħa t’Attende, Helge sab xogħol – iqatta’ dokumenti li fihom informazzjoni sensittiva.
Ir-ritratt ta’ Helge jservi ta’ tagħlima hekk kif kulħadd kapaċi jagħti kontribut essenzjali fis-soċjetà.
Ritratti: Brian Tallman