top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Proġett koreografiku mill-YADA f'Ċipru għal żgħażagħ minn ħames pajjiżi Ewropej


Felix Busuttil

Għall-ħames darba konsekuttiva u wara assenza ta’ seba’ snin, il-YADA Dance Company, taħt id-direzzjoni ta’ Felix Busuttil, hija mistiedna f’Ċipru sabiex tipparteċipa fi proġett imfassal għaż-żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea. Busuttil ser ikun responsabbli sabiex jidderieġi xow b’messaġġ – dak tas-solidarjetà u l-inklużjoni ta’ kull ċittadin fil-kontinent.


Għaxar żeffiena ta’ din il-kumpanija Maltija – Janice Mifsud, Karen Bartolo, Rosario Raineri , Max Williams, Louanne Spiteri, Danilo Monforte, Jamie Caruana, Catriona Cuschieri,Selene Deguara u Amy Galea – ser jingħaqdu ma’ erbgħin parteċipant ieħor mill-Polonja, l-Estonja, il-Greċja u Ċipru sabiex jaqsmu l-esperjenzi nazzjonali tagħhom u jikkollaboraw f’din l-għaqda f’Larnaca, Ayia Napa u Nicosia.


Mill-11 ta’ Lulju sas-26 tal-istess xahar, il-YADA ser twassal l-ingredjent koreografiku tagħha b’messaġġ qawwi fejn ser jesprimu l-importanza ta’ drittijiet ugwali u drittijiet ċivili meta pajjiżi oħrajn Ewropej għadhom ħafna aktar lura mxekklin minn fobiji, nuqqas ta’ informazzjoni u intolleranza.




bottom of page