top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Programm televiżiv ġdid għal kantanti emerġenti!



Il-ġimgħa li għaddiet, Festivals Malta ħabbar avventura ġdida għal dawk il-kantanti li qed jaspiraw biex jagħtu spinta lill-karriera tagħhom fl-industrija tad-divertiment. Din l-avventura se tieħu l-forma ta’ programm televiżiv fuq Television Malta li se jkun qed jixxandar għall-ewwel darba f’Ottubru li ġej.


Il-programm se joffri opportunità unika lil kantanti ġodda li għandhom bejn is-16 u l-21 sena, fejn se jkunu jistgħu jitħarrġu f’diversi oqsma relatati mal-industrija mużikali, inkluż li jaħdmu ma’ għalliema tal-vuċi, artisti veterani, u professjonisti oħrajn f’sessjonijiet apposta.



Fl-aħħar tal-vjaġġ tagħhom, il-kantanti se jkunu qed jikkompetu f’serata finali fejn ir-rebbieħ se jkompli bil-ġrajja mużikali tiegħu bħala semifinalist fil-konkors mużikali Mużika Mużika f’Marzu li ġej!

Iċ-Chairman ta' Mużika Mużika Raymond Bugeja spjega li dan il-programm se joffri opportunitajiet ġodda lill-artisti tagħna u li tkun kantant ma jfissirx li jkollok vuċi tajba biss, imma jfisser li lest tiddedika sigħat ta’ ħidma kemm fejn tidħol vuċi kif ukoll f’kull aspett tal-prestazzjoni tiegħek. Kompla jgħid li dan il-programm se jakkumpanja lil dawn l-artisti tul il-vjaġġ kollu, mill-bidu sal-aħħar.


Jekk inti interessat li tapplika, kulma trid tagħmel hu li tidħol fuq www.festivals.mt u timxi mal-istruzzjonijiet fuq is-sit. Is-sottomissjonijiet jagħlqu fis-6 t’Awwissu.



bottom of page