top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Punti importanti għall-maħbubin li se jiżżewġu dalwaqt

Updated: Jun 8, 2021



Punti importanti għall-maħbubin li se jiżżewġu dalwaqt. Filwaqt li għandkom tiċċelebraw imħabbitkom u l-bidu ta’ paġna ġdida f’ħajjitkom, segwu dan li ġej:

  • Il-mistednin għandhom jibqgħu bilqiegħda, b’ 2 metri bogħod bejn mejda u oħra. Fuq l-imwejjed jistgħu joqogħdu sa massimu ta’ 6 persuni ħlief dawk li jkunu jgħixu fl-istess dar.

  • Il-mistednin jistgħu jneħħu l-maskra biss meta jkunu mal-mejda.

  • L-ikel u x-xorb jista’ jiġi servut biss mal-mejda.

  • Distanza soċjali ta’ 2 metri għandha tinżamm fid-dħul u l-ħruġ tas-sala kif ukoll fil-kju tat-toilets.

  • L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (l-MTA) trid tkun infurmata minn tal-inqas 3 ġimgħat qabel bid-data u l-ħin tar-riċeviment, il-post fejn se jsir ir-riċeviment, kemm se jattendu nies, u anke d-dettalji ta’ min se jipprovdi l-ikel.

  • Il-mistednin ma jistgħux jitħallew jiżfnu, jistgħu jiżfnu biss darba l-koppja u darb’oħra mal-ġenituri.

  • Il-kantanti, mużiċisti u DJ iridu jħallu distanza ta’ 4 metri jew aktar mill-mistednin. Jekk dan mhux possibbli għandu jintuża skrin tal-ħġieġ/perspex bejniethom.

  • Il-mużika ma tistax tkun ogħla minn medja ta’ 70dB.

  • Dwal stroboskopiċi, magni tal-fwar, u fannijiet ma jistgħux jintużaw.

Ftakru li din hija waħda mill-isbaħ ġranet ta’ ħajjitkom u għandha tibqa’ speċjali minkejja kollox.

bottom of page