top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Riċerka marbuta mal-ispazju bi proġett li se jara ballun tal-ispazju jitlaq minn Malta



B'kollaborazzjoni bejn il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Ispazju u l-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u l-Astronomija fi ħdan l-Università ta' Malta se jintbagħat oġġett fl-ispazju minn Malta biex issir riċerka tal-istratosfera ta' Malta u l-Mediterran.


Ġie ffirmat ukoll Memorandum ta' Ftehim biex issir kompetizzjoni li tinkoraġġixxi ideat b'temi dwar l-ispazju fil-kuntest ta' start-ups.


Għal dan il-proġett se jiġu investiti €75,000. Il-proġett STRATOS-1 se jara ballun tal-ispazju jitlaq minn Malta fejn se jibqa' tiela' għal iktar minn 30km, traġitt li matulu se jkejjel l-atmosfera fuq il-gżejjer Maltin. Il-ballun se jirritorna b'ritratti mill-ajru u mill-ispazju fejn se juri ritratti ta' Malta li qatt ma rajniehom qabel u se jgħin lix-xjenzati fl-istudji tal-istratosfera Maltija u Mediterranja.


F'Ottubru, se tkun finalizzata wkoll kompetizzjoni dwar kummerċjalizzazzjoni ta' riċerka dwar l-ispazju fejn start-ups se jiġu inkoraġġiti joħorġu b'ideat dwar temi relatati mal-ispazju b'fondi biex iwasslu l-ideat tagħhom lill-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju.


bottom of page