Monique Sammut
Ritratti personali minn Kristina Varaksina

Kristina Varaksina hija direttriċi tal-arti, fotografa u direttriċi tal-vidjow, imwielda r-Russja iżda bħalissa hi bbażata f’Londra. Fix-xogħol kreattiv divers tagħha, hi taqbad l-emozzjonijiet tal-bniedem u twaħħadhom mal-psikoloġija sabiex tipproġetta realtajiet interni.
Din is-serje ta’ ritratti personali tagħha hija rifless tal-ġlidiet fil-ħajja kurrenti. Ġlidiet biex tissodisfa l-aspettattivi ta’ ħaddieħor, tissielet biex tappartjeni għal xi qasam partikolari fis-soċjetà, tiġġieled biex taċċetta lilha nnifisha kif inhi, tipprova tifhem relazzjonijiet ma’ nies oħra, tissielet biex tkun mara f’soċjetà ffukata fuq ir-raġel u saħansitra l-ġlieda biex tkun artista.

Ritratti minn Kristina Varaksina
Sit Elettroniku ta' Kristina Varaksina