
Maria Ellul
Safar aktar faċli permezz taċ-ċertifikat tal-Covid
Updated: Jun 11, 2021

Pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jaċċettaw iċ-ċertifikat tal-Covid Malti bħala prova li persuna tlaqqmet kontra l-Covid 19 mill-1 ta' Lulju li ġej. Hekk ukoll, bħala pajjiż, se nkunu qed nirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta' tilqim ta' turisti ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
Dan wara li l-Parlament Ewropew ivvota għar-rikonoxximent ta' dawn iċ-ċertifikati diġitali bil-għan li jkompli jiffaċilita l-ivvjaġġar ta' dawk in-nies li jkunu mlaqqmin, li jkunu rriżultaw negattiv għal test, kif ukoll li jkunu rkupraw mill-infezzjoni.
Intant, il-pajjiżi membri qablu wkoll li mhux se jkun hemm restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-ivvjaġġar fuq dawn il-persuni li jkunu pprovdew dan iċ-ċertifikat ħlief meta verament ikun neċessarju u idealment dawn ir-restrizzjonijiet ikunu mħabbra qabel.