top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

The Great Dictator, l-akbar suċċess tal-attur Charlie Chaplin f’termini ta’ biljetti li nbiegħu



Bħal-lum 81 sena ilu (fl-1940), intwera għall-ewwel darba fi New York il-film satiriku-komiku-klassiku The Great Dictator li kien l-akbar suċċess tal-attur Ingliż Charlie Chaplin f’termini ta’ biljetti li nbiegħu.


Il-film, b’kitba, direzzjoni, produzzjoni u sehem ta’ Chaplin, jikkundanna lil Adolf Hitler, lil Benito Mussolini, il-Faxxiżmu, l-anti-Semitiżmu u n-Nażiżmu. Meta l-film intwera, formalment l-Istati Uniti kienet għadha paċi mal-Ġermanja Nażista u pjuttost newtrali matul l-ewwel jiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Chaplin interpreta ż-żewġ partijiet prinċipali: dittatur Faxxist u barbier Lhudi ppersegwitat. Fl-aħħar tal-film, li kien l-ewwel film ta’ Chaplin bil-ħoss, Chaplin jagħti diskors fejn jitlob għall-paċi u l-kumpassjoni.


Fl-awtobijografija tiegħu tal-1964, Chaplin jistqarr li ma kien jipproduċi qatt din is-satira li kieku kien jaf l-estent tal-orrur tal-kampijiet tal-konċentrament.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page