top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

The Last Breath - Installazzjoni tal-arti dwar il-migrazzjoni



Delia qed tippreżenta installazzjoni immersiva, maħluqa speċifikament għall-Kamra ta’ Fuq. L-għan ta’ din l-installazzjoni hija li taħkem lill-kamra kollha u tibdilha fi spazju surreali. It-tema tagħha hija l-migrazzjoni fil-baħar Mediterran, u r-realtà allarmanti u ta’ diqa marbuta magħha, li iżda ħafna draw daqslikieku mhi xejn. L-installazzjoni tuża elementi varji - dwal, ħsejjes u viżwali - li permezz tagħhom Delia trid tieħu lill-viżitaturi f’post ieħor lil hinn mill-Kamra ta’ Fuq. L-esperjenza tal-osservatur se tkun omaġġ għal dawk il-ħafna migranti li tilfu ħajjithom waqt li paradossalment kienu qed ifittxu ħajja aħjar. L-installazzjoni toffri livelli varji ta’ interpretazzjoni - mill-idilliku għal realtà xokkanti.



Delia għanha interess speċjali fil-migrazzjoni, minħabba li hija nnifisha hija parti minn familja li kellha temigra lejn diversi pajjiżi matul is-snin u għandha kompassjoni lejn nies li m’għandhomx għażla oħra ħlief li jħallu kollox warajhom u jitilqu.



Parti mill-ispirazzjoni ta’ dan il-proġett huwa mappa li Delia ltaqgħet magħha f’Migreurop, li turi l-ammont ta’ persuni li għebu jew mietu fil-Mediterran.


Fil-fatt, mill-2014 ’l hawn, 22,930 migrant ġew irreġistrati nieqsa fil-Mediterran.


Din il-kollezzjoni se tkun esebita kuljum sas-16 ta' Jannar 2022, bejn is-6:00am u 12:00pm f' 'Il-Kamra ta' Fuq', 4, New Life Bar, Misraħ il-Knisja, l-Imqabba. www.artsweven.com


Għal iktar informazzjoni żur https://www.artsweven.com/the-last-breath-exhibition


bottom of page