top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

THE LITTLE ROOM UPSTAIRS - "Meta ssib ruħek waħdek, tkun min verament int"



Mit-22 t'April sas-16 ta' ta' Mejju ġewwa Il-Kamra ta' Fuq.


"Meta ssib ruħek waħdek, tkun min verament int."


The Little Room Upstairs (Il-kamra ż-żgħira ta' fuq) għandha żewġ tifsiriet għall-artista Johanna Barthet. Għaliha, din il-kamra tirrappreżenta l-istat mentali li tkun fih meta ssib ruħha weħidha, weħidha ma' ħsibijietha. Tirrappreżenta wkoll l-ispazju li hi tuża bħala studjo tal-arti ġewwa darha; kmajra fis-sular ta' fuq li fiha tinspira ruħha.


Ix-xogħlijiet eżebiti waqt din il-wirja tal-arti huma kollha profili ta' nisa, nisa b'ħarsa intensa lejn l-ispettaturi. Permezz ta' din il-ħarsa joħolqu sens ta' poter totali fuq dak li jkun qiegħed japprezza l-biċċa xogħol. L-użu ta' props huwa mill-inqas u sempliċità u nuqqas ta' dettalji fl-isfond. Dan kollu sabiex l-attenzjoni tibqa' ċċentrata fuq il-profili. Iktar u iktar meta Barthet permezz ta' kull biċċa xogħol, trid twassal ħsus tal-mument meta persuna ssib ruħha weħidha u tkun verament dak li hi.





Minn età żgħira Barthet kienet tħobb tpenġi dawn il-profili femminili u din ser tkun it-tieni esebizzjoni tagħha li ser tkun qiegħda teżebixxi dan is-suġġett. Suġġett li qiegħed iwassal biex ikunu assoċjat ma' Barthet u mal-opri t'arti tagħha.




L-imħabba li Johanna Barthet għandha għal dan is-suġġett, li iffukat xogħolha fuqu, joħroġ biċ-ċar fi kliemha. Barthet tqabbel xogħolijietha mal-ġest fejn qiegħda "timla flixkun bl-imħabba". Dan meta tħoss li bħal f'mument maġiku jirnexxielha taħtaf ħsus li jwasslu għall-ħolqien t'opra t'arti u ladarba tkun lesta tħossha diffiċli biex terġa' tħoss dik is-sensazzjoni li tkun ħasset f'dak il-mument.





Din il-wirja tal-arti ser tiftaħ fit-22 t'April u ser tibqa' għaddejja sas-16 ta' ta' Mejju ġewwa Il-Kamra ta' Fuq fl-Imqabba.


minn Johanna Barthet


tradott minn Sylvana Zarb

bottom of page