Lara Michelle Camilleri
Tiftakru l-film mużikali Mary Poppins?

Bħal-lum 57 sena ilu (fl-1964), intwera għall-ewwel darba l-film mużikali Mary Poppins f’Los Angeles, addattament tal-ktieb Mary Poppins miktub minn P.L. Travers.
Il-film mużikali sar klassiku ta’ Disney, u jibqa’ msemmi minħabba d-debutt ta’ Julie Andrews bħala attriċi fuq l-iskrin, tant li rebħet Academy Award. Il-mużika tal-film komposta mill-aħwa Sherman kienet integrali sabiex avvanzaw fil-karriera tagħhom, b’Supercalifragilisticexpialidocious u A Spoonful of Sugar jispiċċaw klassiċi tal-kultura popolari.
Dak iż-żmien, l-amalgazzjoni ta’ bejn l-azzjoni ħajja u l-animazzjoni kienet ħolqot effett brillanti, madanakollu jingħad li din xejn m’għoġbot lil Travers. Fl-Oscars tal-1965, Mary Poppins rebaħ ħames unuri u ġie nnominat għal tmienja oħra.