Isma' Ftit
To the Power of 3 - kors intensiv minn tliet mexxejja taż-żfin

The Yada Dance Company flimkien ma' The College of Dance qed iħejju kors intensiv ta' għaxart ijiem fejn se jkunu qed jesploraw diversi stili ta' żfin fosthom jazz fusion, hip-hop, kummerċjali u anki kontemporanju. Dan il-kors se jkun miftuħ għal żgħażagħ ta' bejn id-9 u l-14-il sena u adulti ta' 15-il sena 'l fuq.
Il-kors se jkun immexxi minn żeffiena stabbiliti ġejjin minn tliet akkademji taż-żfin, fosthom, Felix Busuttil minn The Yada Dance Company, Deedee Clark minn The Unit Collective, u Dorian Mallia minn Moveo Dance Company.
L-ewwel edizzjoni ta' dan il-kors To the Power of 3 se ssir bejn is-17 t'Awwissu u s-27 t' Awwissu 2021, kuljum bejn il-17:00 u s-19:15 għaż-żgħażagħ, u bejn is-19:15 u t-20:30 għall-adulti. Il-kors se jkun jiswa €90 u kull min jixtieq japplika għandu jagħmel dan billi jibgħat id-dettalji tiegħu fuq dan l-indirizz elettroniku: yada.dance.co@gmail.com jew iċempel fuq 79427337.