Isma' Ftit
Wiċċ ġdid għaz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi

Se jkun qed isir wiċċ ġdid għaz-zuntier tal-Knisja ta' San Nikola fis-Siġġiewi hekk kif tħabbar li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jwettaq xogħlijiet għar-riġenerazzjoni ta' dan iz-zuntier b’investiment li mistenni jiġi jiswa madwar €1 miljun. Dan il-proġett mistenni jinkludi l-qlugħ tal-madum tas-siment eżistenti, it-tneħħija tal-materjal ta’ taħt il-madum, it-tqegħid ta’ sodda tal-konkos, il-bini ta’ pedamenti tal-konkos u tal-ġebel tal-franka taħt it-turġien, it-tqegħid ta’ pavimentar ġdid tal-qawwi u t-tqegħid ta’ turġien ġodda tal-qawwi. Apparti hekk mistennija jinżammu l-istess livelli u konfigurazzjoni taz-zuntier preżenti. Ix-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena sal-bidu tal-2023.