Isma' Ftit
Will Smith, illum jagħlaq 53 sena!

Bħal-lum 53 sena ilu (fl-1968), twieled l-attur u l-mużiċist Amerikan Willard Carroll Smith, Jr., magħruf bħala Will Smith, li l-kariżma, l-apparenza u l-umoriżmu intelliġenti tiegħu għenuh fit-tranżizzjoni minn rapper għal attur ta’ suċċessi kbar.
Fis-sekondarja, Smith kien ingħata l-laqam ta’ ‘Prince Charming’, liema laqam emendah għal ‘Fresh Prince’ bl-għan li jirrifletti ħoss aktar hip-hop fil-karriera mużikali tiegħu. Fl-1981, ifforma alleanza ma’ sieħbu tal-iskola Jeffrey Townes li kien deejay, u flimkien irrekordjaw l-ewwel single bħala DJ Jazzy Jeff u Fresh Prince. Qabel ma Smith kellu biss 18-il sena, kien diġà miljunarju. Bħala rapper, Smith kiseb Grammy Award għall-kanzunetta popolari Summertime.
Qabel ma Smith stabbilixxa lilu nnifsu bħala attur f’Hollywood permezz ta’ Bad Boys u Independence Day, kien ħa sehem fis-sitcom The Fresh Prince of Bel-Air. Iktar tard, kellu rwol prinċipali f’Men in Black, Hitch, Ali, The Pursuit of Happyness, Suicide Squad u Aladdin. Smith kapaċi jsolvi Rubik’s Cube f’55 sekonda u għandu passjoni kbira għal-logħba ċess.
Minn Benjamin Camilleri