top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

X'kien ġara meta nsterqet il-Mona Lisa mill-mużew Louvre, f’Pariġi?



Bħal-lum 110 snin ilu (fl-1911), insterqet il-Mona Lisa ta’ Leonardo da Vinci mill-mużew Louvre, f’Pariġi, minn tliet ħaddiema Taljani.


Matul il-lejl tas-serqa, it-tliet Taljani raqdu ġewwa l-Louvre u kmieni filgħodu neħħew il-Mona Lisa mill-inkwatru u l-ħġieġ protettiv, għattewha permezz ta’ kutra u baqgħu sejrin fl-istazzjon Quai d’Orsay biex jaqbdu l-ferrovija tat-7:47am. Dak iż-żmien, il-Mona Lisa qajla kienet magħrufa man-nies tal-arti, tant li kienu għaddew 28 siegħa mis-serqa biex ġie nnutat in-nuqqas tagħha. F’temp ta’ ġurnata, minħabba s-sensazzjoni li ħolqot il-midja, il-Mona Lisa kienet saret l-iktar pittura famuża fid-dinja kollha. Fl-1913, ġiet irritornata l-Mona Lisa u min seraqha weħel tmien xhur ħabs.


Illum il-ġurnata, minn madwar 35,000 biċċa t’arti ġewwa L-Louvre, l-ebda minnhom ma hi magħrufa daqskemm hi l-Mona Lisa.

bottom of page