top of page
ME
NU
  • Writer's pictureMaria Ellul

Żgħażagħ b’diżabbiltà jservu lill-klijenti bi tbissima


F'attività li saret fi tmiem il-ġimgħa mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome, għaxar żgħażagħ b'diżabbiltà servew numru ta' persuni f'ristorant. Din l-attività saret bil-għan li tkompli tgħin lil persuni bid-down syndrome jsiru midħla aktar tad-dinja tax-xogħol. Din hija l-ewwel attività li għamlet l-Assoċjazzjoni għall-pubbliku grazzi għal fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ. Proġetti bħal dawn ikomplu juru kemm dawn il-membri xorta waħda għandhom ħafna abbiltajiet u, jekk wieħed jagħraf liema huma, ikunu jistgħu jaħdmu bħal kull wieħed u waħda minna.

bottom of page