top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Żona li bħalissa tintuża biss bħala parkeġġ se tinbidel ukoll f'roof garden fil-Ħamrun



Ġie mħabbar li żona li bħalissa tintuża biss bħala parkeġġ se tinbidel ukoll f'roof garden fil-Ħamrun.

L-istess spazju ta' parkeġġ se jinżamm bħala parti mid-disinn, filwaqt li se jkun installat lift għall-aċċessibilità ta' kulħadd u latrini pubbliċi. Mal-faċċata ta' dawn l-istrutturi l-ġodda se jiġi installat ġnien vertikali, sabiex dawn jiġu integrati bl-aħjar mod possibbli mad-disinn ġenerali. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali u mwettaq minn GreenServ, fergħa ġdida fi ħdan WasteServ li se jiġi jiswa iktar minn €1.5 miljun.



Dan il-proġett se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti billi joffri spazju ekoloġiku miftuħ, fejn se jitħawlu siġar u arbuxelli u se joffri post alternattiv ta' rilassament aċċessibbli.

Dan huwa wieħed minn sensiela ta' investimenti simili, b'aktar proġetti pjanati f'Ħal Qormi, fil-Mosta, u f'Ħaż-Żabbar.

bottom of page